Terremot ta’ qawwa ta’ 6.8 fuq l-iskala richter laqat il-belt ta’ Davao fin-nofsinhar tal-Filppini.
Sfortunament b’kawża ta’ dan it-terremot mietet tifla ta’ sitt snin wara li waqa’ ħajt fuqha. Uffiċjali qalu li hemm aktar minn 15-il persuna li huma midruba.
Il-President Filippin Rodrigo Duterte, waqt il-ħin tat-theżżieża kien ġewwa l-belt milquta’ minn dan it-terremot, però kelliema għal President Fillipin qal li l-President u l-familja tiegħu jinsabu qawwijin u sħaħ.
F’dawn l-aħħar xhur, dan ir-reġjun fin-nofsinhar tal-pajjiż saru erba’ theżżiżiet li qatlu minn tal-inqas 20 persuna.