Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ waranofsinhar, seħħ inċident fi Triq ix-Xwieki, Ħal Għargħur.
Tifla ta’ 6 snin, waqgħet madwar sular għoli minn tieqa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.