Tifla ta’ 6 snin ċemplet għal għajnuna meta sabet lill-ommha kollha dmija meta s-sieħeb tagħha sawwatha.
Dan il-każ seħħ f’Messina, ġewwa Sqallija meta t-tifla talbet l-għajnuna lis-servizzi tal-emerġenza għal ħabta tas-2 ta’ filgħodu tal-Erbgħa.
Meta l-pulizija marret fuq il-post, sabu l-mara li tiġi omm it-tifla mal-art f’bitħa, waqt li sabu lit-tifla tibki maġenba.
Aktar tard il-pulizija arrestat raġel ta’ 44 sena b’rabta ma’ dan il-każ li jiġi s-sieħeb t’omm it-tifla. Ir-raġel ħarab minn fuq il-post bit-tifla l-oħra ta’ 3 snin li hija t-tifla tal-koppja.
Filwaqt li t-tifla li ċemplet għall-għajnuna, li mhijiex bint is-sieħeb baqgħet ħdejn ommha u t-tnejn ittieħdu l-isptar.
It-tifla ġiet imfaħħra mill-media Taljana għas-sens ta’ responsabiltà għax ċemplet għal għajnuna waqt li l-ġirien li raw ix-xena m’għamlu xejn.