Tifla ta’ 4 snin qed issofri ġrieħi serji wara li waqgħet għoli ta’ madwar sular waqt li kienet ġo maħżen li jinsab fi Triq 31 ta’ Marzu 1979, ir-Rabat Għawdex.
Dan ġara għall-ħabta tas-13.00 meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn iddaħlet it-tifla li aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri min ġrieħi serji.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P. Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.