Tifla ta’ 4 snin, abbużata u sfruttata bl-agħar mod possibli. Wiċċ ta’ ħniena jitlob għall-għajnuna bid-demm fit-tarf ta’ xuftejha, b’għajnejn imbenġlin u tbenġil f’kull parti ta’ ġisimha.
Iżda l-innoċenza u s-sfortuna ta’ din it-tifla spikkat meta l-pulizija saqsitha x’jisimha u weġbithom – Idjota.
Din it-tifla tgħix ma’ ommha fl-Istati Uniti, Jennifer Denen, u l-għarus tagħha li jgħix magħha, Clarence Reed.
Ta’ 4 snin, temmen li jisimha ‘idjota’ wara li l-familjari tagħha sejħula b’dan l-aġġettiv bosta drabi.