Tifla ta’ tliet snin li kienet riekba f’karozza tat-tip Volkswagen Polo fil-Kalkara sofriet minn ġrieħi gravi.
Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ tnejn u għoxrin sena minn Ħaż-Żabbar, fil-karozza kien hemm ukoll persuna oħra t’ erba’ snin.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-disgħa.
Meta il-karozza kellha impatt ma’ karozza oħra tat-tip Toyota Corsa misjuqa minn raġel ta’ tlieta u tletin sena resdenti l-Kalkara.
Fuq il-post mar tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assistew lil dawk li kienu nvoluti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.