Tifla ta’ tliet snin tinsab f’qagħda kritika wara inċident fuq il-baħar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar, meta l-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza minħabba li tifla ta’ 3 snin kienet waqgħet minn fuq dgħajsa ’l barra millbajja tar-Ramla l-Ħamra.
Il-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex marru minnufih fuq il-post, taw l-assistenza lit-tarbija u ttieħdet l-isptar b’ambulanza għall-kura.
Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li tinsab f’kundizzjoni serja u ser tiġi trasferita lejn l-Isptar Mater Dei b’ħelikopter.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.