Tifla t’a 14-il sena mis-Swieqi ndarbet gravi tard is-Sibt filgħaxija wara li ntlaqtet minn karozza fil-Gżira.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra u għaxra, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, il-Ġżira.
Il-Pulizija mid-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li tifla intlaqtet minn vettura tal-għamla Citroen C2, misjuqa minn raġel ta’ 29 sena, minn Pembroke.
It-tifla ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza filwaqt li kienet assistita minn tim mediku sabiex tingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri min ġrieħi ta’ natura gravi.