Tifla ta’ 14-il sena weġġgħet serjament wara li tilfet il-kontroll tar-rota li kienet qed issuq u waqgħet fil-limiti tal-Aħrax tal-Mellieħa lbieraħ filgħaxija.
Tim mediku assista immedjatament fuq il-post, fejn ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Giannella Camilleri Busuttil ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.