Jemima Layzell minn Somerset għenet tmien persuni differenti wara l-mewt tagħha fl-2012. Layzell tat qalba, il-frixa, il-pulmun, il-kliewi, parti mill-kanal tal-ikel u l-fwied tagħha li minnhom ibbenefikaw madwar ħamest itfal. Normalment donazzjoni tirriżulta f’madwar tlett trapjanti u għalhekk dan qed jitqies bħala numru rekord.
Omm u missier Jemima jiddeskrivu lit-tifla tagħhom bħala tifla speċjali u unika hekk kif ftit ġimgħat qabel ma mietet kienet lesta li tkun donatur tal-organi.
Omm Jemima, Sophie, spjegat kif id-donazzjoni tal-organi tat-tifla tagħha ma kinitx deċiżjoni faċli iżda kienet deċiżjoni sodisfaċenti. Oħt Jemima, Amelia, illum tmexxi kampanja li tippromovi d-donazzjoni tal-organi.