Tifla ta’ 12-il sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret min karozza tat-tip Toyota Yaris, misjuqa minn raġel ta’ 40 sena minn Ħaż-Żabbar, f’Birżebbuġa.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-17:00, u t-tifla ittieħdet l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar b’ambulanza, fejn ġiet
iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima LL.D li ħatret inkjesta filwaqt
li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.