Tifla ta’ 11-il sena sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’San Pawl il-Baħar it-Tlieta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30 ta’ filgħodu fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, meta t-tifla ttajret minn karozza tal-għamla Opel, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 25 sena minn San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija qalet li kif waslet fuq il-post sabet lill-karozza wieqfa f’nofs ta’ triq, bit-tifla bilqegħda fuq il-bankina b’xi ġrieħi f’saqajha.
It-tifla ttieħdet għalll-kura l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.