Tifla ta’ 10 snin, indarbet gravi wara li ntlaqtet minn karozza tal-għamla Mazda Demio, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 31 sena li jogħod San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30 ta’ filgħodu, fi Triq Ħal Tarxien, Raħal il-Ġdid.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lit-tifla l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.