Il-Qorti Suprema tal-Indja rrifjutat li tħalli tifla ta’ 10 snin li ġiet stuprata minn zijuha tagħmel abord, dan għax skont il-Qorti t-tqala tinsab fi stadju avvanzat.
Bord ta’ tobba qal lill-Qorti li fi stadju ta’ 32 ġimgħa tqala, li tittermina t-tqala hu “perikoluż.”
Il-ġenituri tagħha ndunaw li t-tifla kien se jkollha tarbija meta ġimgħatejn ilu t-tifla lmentat li għandha uġiegħ f’żaqqha u wara li ħaduha l-isptar saru jafu li kellha 32 ġimgħa tqala.
Mingħajr ma ħarġu aktar dettali tar-rapport mediku, il-Maġistrati sostnew li jekk t-tqala tiġi tterminata issa, il-ħajja tat-tifla tkun fil-periklu.