Tifla ta’ tnax-il sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li flimkien ma’ tifel ta’ tliet snin sfat milquta minn karozza tat-tip Renault Megane, misjuqa minn mara ta’ 46 sena, residenti l-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.45 fi Vjal il-Kottoner, il-Fgura.
Fuq il-post issejjħet l-ambulanza li ħadet lit-tfal l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa, fejn aktar tard it-tifla ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li t-tifel sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa tal-Fgura għadhom għaddejjin.