Tifla ta’ sitt snin qed issofri minn ġrieħi gravi wara li intlaqtet minn vettura f’inċident li seħħ il-bieraħ fir-Rabat, Għawdex.
Kien għal ħabta tat-tmienja nieqes għoxrin tas-Sibt filgħaxija meta t-tifla intlaqtet minn vettura tat-tip Fiat Punto misjuqa minn mara ta’ 43 sena mir-Rabat stess.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifla l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hija ġiet iċċertifkata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.