Il-Prim Ministru Robert Abela qal li Malta tibqa’ vuċi b’saħħitha favur il-paċi u waqfien mill-ġlied b’mod permanenti fl-Ukrajna u l-Lvant Nofsani.
Meta kien qed iwieġeb lill-ġurnalisti, il-Prim Ministru sostna li hawnhekk qed nitkellmu fuq saħħet u ħajjet in-nies. Qal li pajjiżna se jerġa’ jilqa’ tfal Palestinjani biex jikkurahom wara li ndarbu fil-gwerra f’Gaża.
“Meta nara tifla li tilfet għajnejha minħabba dan il-ksuħat u egoiżmu fuq livell politiku biex ma nurtawx lil xi ħadd. Dak ma naqbilx miegħu u allura l-pożizzjoni tagħna hi ċara favur li nsaħħu l-paċi, il-waqfien mill-ġlied b’mod permanenti u l-istabbiltà”, aċċenna l-Prim Ministru Robert Abela.
Dr Abela nnota kif il-President tal-Parlament Ewropew iktar moħħha fil-karriera politika u l-avvanz tagħha.