Minn fost 70 kantant u kantanta ta’ bejn l-10 u l-25 sena, kienet iċ-ċkejkna Maltija Ela Mangion, li serqet l-attenzjoni tal-ġurija waqt il-konkors tal-kant fil-Ġermanja, EuroPop.
Fl-età ta’ 11-il sena, Ela marret fil-kapitali Ġermaniża biex tirrapreżenta lil pajjiżna f’konkors li qabel din is-sena, Malta kienet ħadet sehem fih darbtejn.
Iċ-ċkejkna Maltija kantat żewġ diski : “Golden” ta’ Brooke Borg, u “Don’t you worry about a thing” ta’ Stevie Wonder; b’din tal-aħħar kienet id-diska li tellgħet isem pajjiżna fil-quċċata ta’ dan il-konkors.
Din l-opportunità kienet possibbli bl-għajnuna ta’ Erseb Productions.