Fl-14 ta’ Settembru li għadda ġewwa l-iStadio Giuseppe Meazza di San Siro, Amelia Bugeja, tifla Maltija ta’ 9 snin, kellha opportunità mill-isbaħ fejn kienet preżenti għal-logħba bejn Milan u Venezia bħala waħda mill-mascots li joħorġu id f’id mal-plejers.
Amelia ltaqgħet mal-mascots l-oħra għall-ħabta tas-18:15 u kienet fost l-ewwel li daħlet fil-grawnd. Hija sellmet lill-players tal-Milan permezz ta’ ‘Hi 5′ u tat keychain tal-Milan Club Malta 1979 lill-plejer Tammy Abraham, li kien propju wieħed mill-plejers li skurja f’din il-logħba li spiċċat bl-iskor ta’ erbgħa b’xejn favur it-team ospitanti.
Fi tmiem il-logħba, Amelia żammet il-kit bit-tema ta’ kontra r-razziżmu li ħarġet bih mal-plejers bħala tifkira, kif ukoll ġiet ippreżentata b’poster iffirmat mill-keeper Franċiż, Mike Maignan.
Skont iċ-ċkejkna, hi qatt ma esperjenzat atmosfera daqshekk sabiħa, u bħala tifla ta’ 9 snin li setgħet tkun fin-nofs tal-grawnd ma’ timha favorit, din kienet esperjenza li mhux se tinsa qatt. Barra minn hekk, hi spiċċat tinki lil missierha dwar din l-esperjenza għax hi għamlitha u hu le!