Nariyana, tifla ta’ tmien snin li hi albino u li dan l-aħħar qed issaħħar id-dinja tal-immudellar.
Mogħtija l-laqam tal-Prinċipessa Bajda Silġ minħabba kemm hi bjonda, Nariyana tgħid f’Yakutia fis-Siberja. Minn familtha kollha, hi l-unika waħda li għandha xaghrha bjond u l-ewwel tifla li twieldet albino fil-familja taż-żewġ naħat.
Għalkemm għadha żgħira Nariyana rċeviet għadd ta’ offerti biex timmudella għal ditti rinomati fix-xena tal-moda, iżda ommha qalet li għalissa ma tixtieqx li bintha tibda karriera fl-immudellar.
“Għalissa nħoss li għadha żgħira. Baqalha biex tibda taħdem, u meta jasal il-mument se tkun tista’ tiddeċiedi għaliha nnifisha x’tixtieq li tagħmel,” qalet dan omm Nariyana.