Diżappunt u rabja evidenti f’messaġġ fuq is-sit soċjali t’omm u missier tifla li għandha l-kundizzjoni tal-awtiżmu li saħqet li wara li t-tifla għamlet il-praċett mat-tfal l-oħra hija ma ngħatatx iċ-ċertifikat tal-praċett.
Il-ġenituri tat-tifla saħqu li meta kkonfrontaw lill-kappillan tar-raħal fuq dan huwa qal li t-tifla ma kinitx tqarbnet waqt il-praċett. Huma qalu li l-kappillan kompla jiġġustifika dan billi qal li huwa kien qed jimxi fuq ordni tal-isqof. Il-messaġġ kienet tkompli tgħid li t-tifla ma tqarbnitx għaliex l-kundizzjoni tagħha żżommha attenta fuq x’ikel tinġesti. Il-messaġġ spiċċat tgħid li l-ġenituri għandhom messaġġi li huma evidenza ta’ dan l-aġir mill-knisja.
Bosta kkummentaw taħt il-messaġġ u qalu li dan l-għaġir qed imur kontra t-tgħalim tal-knisja stess. Oħrajn qalu li dan l-għaġir qed ikompli ibiegħed lin-nies mill-fidi filwaqt li oħrajn qed jgħażlu li jħaddnu l-fidi iżda jixtarru sew l-għaġir tal-knisja.
Oħrajn komplew iżidu li għalkemm il-knisja rrifjutat li tgħati ċ-ċertifikat lil din iċ-ċkejkna quddiem Alla hija xorta għamlet il-praċett.