Willa hija tifla ta’ tmien snin li twieldet tifel u li f’età bikrija intebħet li riedet tgħix ta’ tifla u mhux tifel.
Għalkemm f’età daqstant żgħira l-ġenituri tawha kull appoġġ f’dik li tista’ tkun deskritta bħala deċiżjoni tagħha. Deċiżjoni li issa fissritha fi ktieb. “Irrid li l-ktieb tiegħi jgħin tfal oħra fid-dinja,” qalet Willa.
Żiedet li l-messaġġ tagħha lejn tfal oħra hu biex ikunu kurraġjużi għax fl-aħħar dejjem hemm it-tama. “Ħafna nies aċċetawni u ninsab kuntenta,” qalet it-tifla li preżentat il-ktieb lill-Ministri Evarist Bartolo u Helena Dalli li t-tnejn li huma tkellmu dwar il-bidliet li għaddejin f’Malta biex persuni bħal Willa jgħixu ħajja aħjar.
https://www.youtube.com/watch?v=_5uTnd-m6DE