Kull min jidħol il-Belt Valletta llum, u jgħaddi minn quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir li jinsab faċċata tal-qorti, jara li maġenb ir-ritratt ta’ Daphne Caruana Galizia, hemm ukoll ritratti tal-Perit Duminku Mintoff, Karen Grech u Raymond Caruana.
Il-Perit Duminku Mintoff kien politiku li serva bħala Prim Ministru għal erba’ leġislaturi.
Karen Grech kienet tfajla li nqatlet ta’ 15-il sena, kawża ta’ splużjoni li seħħet minn pakkett bomba mgeżwer f’karti tal-Milied.
Raymond Caruana kien żagħżugħ li nqatel fil-Każin Nazzjonalista tal-Gudja