Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela faħħar id-dedikazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta, li minkejja l-maltemp, segwew id-dmirijiet tagħhom u għamlu s-salut lill-President Bulgaru Rosen Asenov Plevneliev’.
F’pajjiżna l-President Bulgaru kellu laqgħat kemm mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca kif ukoll mal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom mal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat elenka l-prioritajiet ta’ Malta għal meta pajjiżna jkollu t-tmun tal-Presidenza f’idejh flimkien mal-President Bulgaru li stqarr li pajjiżu għandu l-istess prioritajiet, għaldaqstant Malta se ssib l-appoġġ meħtieġ mill-Bulgarija.