Meta nitkellmu fuq in-Niagara Falls, normalment nimmaġinaw volum qawwi ta’ ilma li jsaħħar l-għajn.
Bħalissa n-Niagara Falls tinsab iffriżata minħabba li t-temperaturi niżlu ġmielhom u jimmarkaw -25-il grad Celsius taħt iż-żero.
Persuna li żaret dan is-sit meraviljuż stqarret li l-post qisu xena mill-film animat tat-tfal “Frozen”, fejn kullimkien miksi b’tapit abjad.
Kesħa kbira li xxoqq l-għadam se tippersisti tul dawn il-ġimgħatejn li ġejjin, u t-temperaturi se jkomplu jinżlu.