Għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ wara nofsinhar seħħ inċident stradali fi Triq Ġorġ Borg Olivier, San Ġiljan.
Ħabta seħħet bejn vettura BMW u van tal-għamla Ford. Il-vettura BMW kienet misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti San Ġwann u kellu passiġġiera miegħu fl-istess vettura mara ta’ 35 sena u tifel ta’ seba’ snin li lkoll huma residenti San Ġwann. Il-Van Ford kien qed jigi misjuq minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Qormi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lill-vittmi u sussegwentament ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura. Ħadd mill-vittmi ma jinsab fil-periklu tal-mewt.