Tifel ta’ tliet snin tħalla vittma wara sparatura fuq l-karozza tan-nanna tiegħu minn sewwieq ieħor. Il-każ seħħ f’Arkansas, l-Amerka. Jidher li l-aggressur irrabja wara li s-sewwieqa damet ma saqet minn fuq ‘stop sign’.
In-nanna baqgħet issuq wara l-inċident sakemm waqfet go ċentru ta’ stabilimienti minn fejn ċemplet lill-pulizija. Ma jidhirx li kien hemm relazzjoni oħra bejn iż-żewġ sewwieqa.
Il-pulizija Amerikana issa qiegħda titlob lil min seta’ ra l-inċident biex jgħin fl-investigazzjoni biex jinstab l-aggressur. Dan l-inċident seħħ xahrejn biss wara li tifla oħra ta’ sentejn wkoll tħalliet vittma ta’ sparatura simili madankollu l-aggressur ukoll baqa’ ma nqabadx.