Tifel ta’ tliet snin ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura wara li ttajjar minn karozza fi Triq it-Tiġrija, Ir-Rabat Għawdex.
L-inċident seħħ ilbieraħ ftit wara t-20:00, meta t-tifel li kien mal-ġenituri tiegħy intlaqat minn vettura misjuqa minn ġuvni ta’ 24 sena.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.