Tifel ta’ tliet snin li kien rrapportat nieqes erbat ijiem ilu f’foresta Awstraljana nstab qawwi u sħiħ wara operazzjoni ta’ tiftix.
Iċ-ċkejken intlemaħ minn ħelikopters tal-pulizija waqt li kien qed jixrob ilma minn xmara biswit il-proprjetà tal-familja tiegħu fi New South Wales.
Il-familja tat-tifel kellhom il-biża’ li kien maħtuf hekk kif it-tifel li jinsab fuq l-ispettru tal-awtiżmu u ma jitkellimx, kienu rawh l-aħħar f’darhom erbat il-Ġimgħa li għaddiet.
L-awtoritajiet qalu li t-tifel weġġa’ ftit siequ u nstab bi ħwejjeġ kompletament imxarba.