Tifel ta’ tliet snin indarab gravi wara li ntlaqat minn karozza f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li tifel ta’ 3 snin mill-Maċedonja u residenti San Pawl il-Baħar safa’ milqut minn karozza ta’ tip Kia Avella misjuqa minn raġel ta’ 30 sena li jgħix San Pawl il-Baħar ukoll.
It-tifel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.