Tifel ta’ tliet snin jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn gallarija.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħaxija fi Triq Patri Pelagju Mifsud, f’Ħaż-Żebbuġ.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li t-tifel waqa’ madwar sular minn gallarija.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lit-tifel l-isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
B’dan il-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Noel Bartolo li ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.