Tifel Ingliż ta’ sitt snin spiċċa maqbud f’ ajruport fil-Belġju minħabba kwistjoni mal-Uffiċċju tal-Intern dwar il-passaport tiegħu. Mohamed Bangoura, imwieled l-Ingilterra fl-2012 kien fuq btala fil-Belġju mal-familja tiegħu, u kellu jirritorna lura l-Ingilterra fl-aħħar jiem.
Uffiċjali Belġjani qalu li ma jistgħux iħallu lit-tifel jitla’ fuq l-ajruplan minħabba żball fil-passaport tiegħu, li dan spiċċa kien rivokat.
Ommu tħalliet tirkeb l-ajruplan u tirritorna l-Ingilterra.