Tifel ta’ sitt snin qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ġie attakkat u migdum minn kelb f’Wied il-Għajn.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-3.45 tal-Ħadd waranofsinhar fi Triq Sant’Antnin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post, kif ukoll issejjaħ tim mediku li ħa lit-tifel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.