Tifel migrant ta’ sentejn ġie salvat mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) wara li kellu bżonn assistenza medika.
Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija meta f’ħin minnhom intalbet l-għajnuna miċ-ċentru tas-salvataġġ marittimu ta’ Ruma.
Kien għalekk li l-Forzi Armati ta’ Malta marru bil-ħelikopter fejn assistew lit-tifel, lil ħuh li għandu erba’ snin u kif ukoll lil missierhom li għandu 23 sena.
Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei biex jirċievu l-kura neċessarja.