Tifel ta’ sentejn iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fir-Rabat.
L-inċident seħħ fit-8.30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq is-Saqqajja.
Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li mara ta’ 35 sena miż-Żurrieq li kienet qed isuq karozza tal-għamla Mazda Demio ħabtet ġo siġra.
It-tifel kien passiġier fl-istess karozza.
Tim mediku ta’ l-ewwel għajnuna lill-mara u t-tifel.
Il-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi, iżda t-tifel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.