Tifel ta’ sentejn jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fi blokka ta’ appartamenti fil-Ponta ta’ Tigne, Tas-Sliema.
Il-każ seħħ l-Erbgħa, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija.
Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li t-tifel, kien waqa’
madwar erba’ sulari minn tieqa li tagħti għall-komun tal-blokka.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa,
fejn ġie ċċertifkat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.