Tifla ta’ sena u ħames xhur mietet wara li waqgħet madwar erba’ sulari f’bitħa nterna. It-tifla hija tewmija u hija ta’ nazzjonalità barranija.
L-infermiera li marru fuq il-post taw l-ewwel għajnuna lit-tifla. Sorsi qalulna li t-tifla nstabet mixħuta fl-art mingħajr ma bdiet tieħu nifs għalekk inbeda CPR immedjatament.
Hija ġiet transportata permezz tal-ambulanza fl-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikat li tinsab fil-periklu tal-mewt minħabba d-diversi ġrieħi li ġarrbet kawża tal-waqgħa. It-tifla mietet ftit wara.
Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr C Farrugia Frendo, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tat-15.00 fi Triq il-Lampara f’Baħar iċ-Ċagħaq.