Student ta’ sebgħa snin li jattendi l-Primarja ta’ M’Scala llum ma telax fuq t-trasport tal-iskola wara tmiem il-ġurnata. Huwa nstab f’lokalita’ ohra u qieghed qawwi u sħiħ id-dar.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar, għaliex l-iskola bħalissa qed tispiċċa kmieni minħabba l-eżamijiet
Ġara li minflok qabad ix-xarabank kif jgħamel is-soltu baqa’ miexi ma’ tfal oħra sakemm qabad xarabank li biha spiċċa l-Imsida. Eventwalment it-tifel instab qawwi u sħiħ.
Il-Ministeru qieghed jaghmel l-istharrig tieghu dwar kif u x’wassal ghal dan il-kaz.