Tifel ta’ 7 snin weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn mutur f’Marsaxlokk.
L-inċiden seħħ għall-ħabta tas-sitta neqsin kwart tal-bieraħ filgħaxija, Triq Bir Rikka.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li t-tifel intlaqat minn mutur tat-tip v ‘Daelim’, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 39 sena li jgħix Marsaxlokk.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.