Tifel ta’ nazzjonalità Taljana li għandu ħames snin sofra minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura tat-tip Mercedes.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:00p.m. fi Triq l-Iskola, in-Naxxar.
Il-vettura kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 39 sena, residenti l-Mosta.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn grieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.