Tifel ta’ għaxar snin ndarab gravi wara li ntlaqat minn karozza waqt li kien bir-rota fl-Imtarfa.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-20:00 ta’ filgħaxija fi Triq San David, l-Imtarfa.
Il-Pulizija tad-Distrett marr u minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li tifel ta’ 10 snin, kien qiegħed isuq ir-rota fl-imsemmija triq meta għal xi raġuni safa` milqut minn vettura tat-tip Mazda misjuqa minn raġel ta’ 32 sena mill-Mosta.
Fuq il-post issejħet amb ulanza li ħadet lit-tifel l-isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.