Tifel ta’ erbgħa snin qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura ftit tal-ħin ilu fil-Mellieħa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:44 fi triq tas-Salib fil-Mellieħa meta intlaqat minn vettura tat-tip Renault Traffic misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti r-Rabat.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lit-tifel l-Isptar Mater Dei fejn instab li qed isofri minn ġrieħi gravi.