F’Hamburg qed tiżviluppa sitwazzjoni delikata hekk kif il-Pulizija qed tħabbat wiċċha ma’ sitwazzjoni fejn raġel ta’ ħamsa u tletin sena qiegħed iżomm ostaġġ tifel ta’ erba’ snin.
Ir-raġel li hu armat għadda mis-sigurtà tal-ajruport bil-karozza bil-konsegwenza li waqaf fuq it-tarmac tal-ajruport fejn ipparkja l-karozza taħt ajruplan.
Għalhekk s’issa għadu mhux magħruf x’wassal eżatt għal dan l-inċident il-Pulizija temmen li r-raġuni warajha hija minħabba kustodja.
Fid-dawl ta’ dan kollu, it-titjiriet minn u lejn l-ajruport ta’ Hamburg ġew sospiżi b’mod indefenit.
Ritratt: EPA-EFE/REX/SHUTTERSTOCK