Kerstin Bugeja ta’ 9 snin ingħata rikonoxximent speċjali għal tpinġija li għamel sena ilu f’kompetizzjoni dinjija tal-arti tat-tfal.
Il-kompetizzjoni tiġi organizzata kull sena mill-assoċjazzjoni IE-NO-HIKARI fil-Ġappun, u tħeġġeġ lit-tfal madwar id-dinja kollha jpinġu dwar l-agrikultura, il-biedja, in-natura, u l-familja. Din is-sena, itema hija l-ambjent.
L-organizzaturi jagħżlu 200 rebbieħ minn fost l-istampi kollha li jiġu mibgħuta. 20 tifel jew tifla se jiġu ppremjati bil-premju tad-deheb, 40 bil-premju tal-fidda, 60 bil-premju tal-bronż. 80 tifel jew tifla oħra ser jiġu mogħtija Rikonoxximent Speċjali. Ir-rebbieħa ser jiġu mogħtija ċertifikat ta’ mertu kif ukoll premju kommemorattiv. Xi xogħol jistgħu wkoll jiġu użati bħala materjal promozzjonali fil-Ġappun.
Din il-kompetizzjoni hija miftuħa għat-tfal kollha bejn is-6 u 15-il sena minn madwar id-dinja. Kull parteċipant jista’ jibgħat stampa waħda u jista’ jintuża kwalunkwe materjal għat-tpinġija. Listampa ma tridx tkun ikbar minn 728mm b’515mm u ma tistax tkun eħxen minn 3mm.
Din il-kompetizzjoni ilha ssir mill-1993.