Tifel ta’ tmien snin weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija fi Triq it-Tamar, meta t-tifel – li huwa mill-Bożnija u Herzegovina, intlaqat minn vettura li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 29 sena mill-Maċedonja li jgħix San Pawl il-Baħar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-tifel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.