Tifel ta’ nazzjonalità Sirjana li għandu 8 snin ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vann tal-għamla Peugeot Bipper li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 48 minn Raħal il-Ġdid.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00 tal-Erbgħa filgħaxija fi Triq in-Naxxar f’San Ġwann.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku mill-isptar Mater Dei li ħa lit-tifel għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.