Tifel ta’ 7 snin li kien passiġġier f’waħda mill-vetturi li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fl-Imqabba ttieħed l-isptar Mater Dei.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:10 madwar roundabout bejn il-Qrendi u l-Imqabba meta vettura tat-tip Suzuki Alto, misjuqa minn mara ta’ 30 sena u li fl-istess vettura kien hemm tifel ta’ 7 snin, it-tnejn residenti l-Imqabba, kellha impatt ma’ vettura tat-tip Suzuki Vitara misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti l-Qrendi.
Kawża tal-impatt il-vettura li kienet misjuqa minn mara u magħha kien hemm passiġġiet it-tifel, inqelbet.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lit-tifel l-isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.