Tifel ta’ seba’ snin li kien passiġġier f’karozza li kienet involuta f’inċident tat-traffiku, ittieħed l-isptar għall-kura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq il-Baċir f’Raħal Ġdid, meta karozza li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 51 minn Ħaż-Żabbar kellha mpatt ma’ trailer. Fil-karozza kien hemm passiġġier it-tifel.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, bil-ġrieħi tiegħu għadhom pendenti.
Fuq il-post tal-inċident assistew ukoll uffiċjali ta’ Transport Malta li għenu fil-kontroll tat-traffiku.
Nifhmu li dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.