“Nemmen bi sħiħ li t-tfal għandna ngħallmuhom li xejn m’hu impossibli jekk jaħdmu u juru rispett lil kulħadd.” Dan huwa kliem omm ta’ tifel li għal sentejn sħaħ biegħ luminata biex iġġemma sabiex ikun jista’ jixtri poni.
F’dan il-filmat, it-tifel ta’ seba’ snin jidher jibki bil-ferħ wara li l-ġenituri tat-tifel, għamlulu sorpriża u użaw il-flus li ġemma biex xtrawlu dan il-poni.
Din l-omm stqarret ma’ CNN li din kienet lezzjoni importanti għat-tifel tagħha u li rnexxielu jaqta’ ix-xewqa tiegħu waħdu.