Tifel ta’ seba’ snin jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq ċint f’Għajnsielem.
L-inċident seħħ l-Erbgħa filgħaxija għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija fi Triq ix-Xatt, Għajnsielem.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji. Minn hemm ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ħelikopter.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta maġisterjali.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.